Wednesday, April 24, 2024

Blackball: Valletta Breakwater jirbħu l-isfida kontra Ħamrun 147 A  

Aqra wkoll

Valletta Breakwater telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tan-National League organizzat mill-Malta Blackball Federation meta f’konfront dirett għelbu barra minn darhom lil Ħamrun 147 A bl-iskor ta’ 11-8.
Din kienet it-tielet rebħa konsekuttiva għall-Beltin li b’hekk żammew ir-rekord perfett li bdew bih.  

Aktar kmieni din il-ġimgħa, l-istess Ħamruniżi kienu involuti f’logħba oħra li rebħu kontra Cospicua Rangers 11-7 sabiex jinsabu fit-tieni post tal-klassifika daqs l-istess Bormliżi.  

Fil-kampjonat reġjonali, Birkirkara Youngsters baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika meta f’darhom għelbu lil Birkirkara Duke’s A 11-9 fid-derby.  

Fl-istess waqt, Mosta St Mary’s A tilfu żewġ punti importanti meta ġew miżmuma fi draw ta’ 10-10 kontra Birkirkara Boċċi.  

San Ġwann Nick’s jinsabu fit-tielet post hekk kif għelbu lil Ħamrun 147 C 11-8 u bl-istess skor, Selmun Bar A għelbu lil Każin Pinto B.  

San Ġwann White Hart iddominaw għal kollox il-konfront tagħhom kontra Juve Birkirkara A tant li rebħu 11-0.  

Finalment fil-Community League, il-leaders huma Juve Birkirkara B li għelbu lil PL Balzan A 11-5. Fit-tieni post, punt warajhom hemm Jojo’s Birżebbuġa B li għelbu lil Valletta Fossa Boys 11-8.  

Birkirkara Duke’s B resqu viċin l-istess Beltin fil-klassifika hekk kif ħarġu rebbieħa fuq Mosta St Mary’s 11-8.  

Domus Kids Żejtun telgħu fil-ħames post tal-klassifika wara skor pożittiv ta’ 11-4 kontra Selmun Bar C.  

KLASSIFIKA – NATIONAL LEAGUE  

Valletta Breakwater 9, Cospicua Rangers, Ħamrun 147 B, Ħamrun 147 A 6, Każin Pinto Qormi A, Jojo’s Birżebbuġa 0  

KLASSIFIKA – LEAGUE REĠJONALI  

Birkirkara Youngsters 27, Mosta St Mary’s A 25, San Ġwann Nick’s  A 18, Birkirkara Duke’s A, Selmun Bar A 16, Ħamrun 147 C 13, Birkirkara Boċċi 11, Każin Pinto Qormi B 10, San Ġwann White Hart 6, Juve Birkirkara A 3.  

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE  

Juve Birkirkara B 16, Jojo’s Birżebbuġa B 15, Valletta Fossa Boys 13, Birkirkara Duke’s B 12, Domus Kids Żejtun 7, Mosta St Mary’s B 6, Selmun Bar C 1, PL Balzan A 0  

Sport