Friday, October 9, 2026
Home Sport Boċċi: Għaxaq u Msida jissieltu għat-titlu tal-Ewwel Diviżjoni

Boċċi: Għaxaq u Msida jissieltu għat-titlu tal-Ewwel Diviżjoni

0
80

Illejla fil-Pitch ta’ Ħal Lija tintlagħab il-finali tant mistennija tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Boċċi tal-Ewwel Diviżjoni, bejn Għaxaq u Msida. Il-konfront jibda fis-6.30pm u se jiddetermina ċ-Champion Nazzjonali għall-2026.

Iż-żewġ klabbs jidħlu għal din il-finali bi storja importanti fil-kompetizzjoni, hekk kif it-tnejn rebħu l-kampjonat tliet darbiet. Għaxaq kienu champions fl-2018, 2023 u 2025, filwaqt li Msida għollew it-tazza fl-2007, 2019 u 2022. Għaldaqstant, min jirbaħ illejla se jkun qed jikseb ir-raba’ titlu fl-istorja tiegħu.

Għaxaq waslu direttament għall-finali wara li temmew fl-ewwel post tal-klassifika bi 18-il punt. Min-naħa tagħhom, Msida, li spiċċaw it-tieni b’16-il punt, kellhom jgħaddu mill-play-offs biex kisbu posthom fil-finali.

Finali li mistennija tiġbed interess kbir mid-dilettanti tal-logħba tradizzjonali Maltija.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here