Owen Bezzina kiseb post fil-finali tal-kompetizzjoni KO wieħed kontra wieħed meta fit-tieni leg tal-ewwel semifinali hu għeleb lil John Borg 21-13. Din kienet it-tieni rebħa li kiseb il-plejer ta’ St Peter’s Żabbar wara dik li kien kiseb fl-ewwel leg bl-iskor ta’ 21-20.
Sadanittant illum tintlagħab it-tieni leg tat-tieni semifinali bejn Joseph Tabone u Jurgen Zammit. Fl-ewwel leg, Tabone kien rebaħ 21-13.
Intant, issa jmiss ukoll is-semifinali tal-kompetizzjoni Knock-Out 2×2, li se jintlagħbu fuq żewġ legs.
Nhar it-Tnejn 26 ta’ Ottubru, Għaxaq jilagħbu l-ewwel leg kontra St Peter’s Żabbar, bit-tieni konfront isir fit-3 ta’ Novembru.
Fis-semifinali l-oħra, Come Back ta’ Għaxaq jospitaw lil Ramel ta’ San Ġwann nhar it-Tlieta 27 ta’ Ottubru. It-tieni leg bejn dawn iż-żewġ timijiet huwa skedat għat-Tnejn 2 ta’ Novembru.
B’hekk il-kompetizzjonijiet Knock-Out tal-boċċi deħlin fil-fażijiet deċiżivi tagħhom.



