Wednesday, April 24, 2024

Boris Johnson iwiegħed 500,000 swab test kull ġurnata sal-aħħar ta’ Ottubru

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson ammetta li l-pajjiż mhux ilaħħaq mad-domanda tal-ittestjar tal-Covid-19.

Waqt parti mid-diskors tiegħu fil-Commons Liason Committe huwa wieġeb ċar u tond li “Le m’għandniex biżżejjed”.

Huwa żied jgħid li le m’għandniex biżżejjed ittestjar bħalissa, għax idealment hu jixtieq li jittestja lil kull min jitlob għat-test immedjatament.

Johnson wiegħed li se jilħaq il-500,000 swab test kull ġurnata sa tmien Ottubru, anke jekk is-Segretarju tas-Saħħa Matt Hancock qal li din il-ħaġa tista’ ssir xi ħaġa possibbli fi żmien ġimgħa.

Intant huwa ssuġġerixxa lill-poplu biex preferibbilment jersqu għat-test dawk il-persuni li jkollhom is-sintomi tal-Covid-19.

Sport