Wednesday, November 6, 2024

“Dan il-Gvern irid li ssir ġustizzja” – Il-Partit Laburista

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Lil hinn mill-ħafna kliem li jifred li ntuża llum quddiem l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, fil-ġurnata li ġej Malta l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel, u allura b’mod kalkulat ħafna, żgur li dan il-Gvern irid li ssir ġustizzja fil-każ tal-assissinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-Gvern mhux talli ma jridx li l-inkjesta titwaqqaf, iżda jrid li din isir b’mod spedit u abbażi tat-termini u tat-talba li għamlet l-istess inkjesta skont termini maqbula mal-istess familja Caruana Galizia.

Din hija l-ewwel darba li qed isir inkjesta b’dan il-mod fejn qed issir quddiem 3 imħallfin li dwarhom kien hemm qbil anke mal-familja.

Dan il-Gvern ta bosta sinjali b’saħħithom fl-aħħar xhur mhux biss b’għadd ta’ deċiżjonijiet b’saħħithom bħal ma kienet il-ħatra ta’ Kummissarju ġdid tal-Pulizija u t-tneħħija ta’ membru mill-Grupp Parlamentari Laburista, iżda anke sensiela ta’ riformi permezz ta’ emendi legali li ddaħħlu u li ġew imfaħħra mill-istituzzjonijiet konċernati.

Fuq kollox dan il-każ illum jinsab quddiem il-Qorti u dan seħħ f’perjodu qasir ħafna ta’ żmien meta kkumparat ma’ każijiet oħrajn.

Ikun aħjar li flok ikun hemm telf ta’ żmien f’logħob politiku kkalibrat apposta biex ixxekkel ir-riformi u l-bidliet li qed idaħħal dan il-Gvern, ikompli jsir il-proċess b’serenità sabiex fl-aħħar mill-aħħar isir ġustizzja.

Sport