Saturday, May 18, 2024

Boris Johnson iwissi li l-imwiet bil-Covid se jkunu darbtejn aktar agħar mill-ewwel mewġa

Aqra wkoll

L-imwiet kaġun tal-Covid-19 se jkun darbtejn aktat ogħla mill-imwiet li kienu reġistrati tul ix-xhur tax-xitwa matul l-ewwel mewġa tal-pandemija. Dan huwa dak li l-Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson mistenni li jwissi dwaru lill-Membri Parlamentari aktar tard illum.

Il-BBC qed jirrapporta li fi stqarrija Parlamentari Johnson mistenni li jgħid li “m’hemmx alternattiva” hekk kif qed jipprova jikseb l-appoġġ biex tidħol fis-seħħ lockdown ta’ erba’ ġimgħat fl-Ingilterra.

Fl-istess waqt Johnson se jispjega li “prova jagħmel minn kollox” qabel ma jordna lin-nies jibqgħu fi djarhom.

Il-Partit Laburista Ingliż qal li se jkun qed jappoġġja l-lockdown iżda kkritika d-dewmien biex din tidħol fis-seħħ.

F’konferenza tal-aħbarijiet nhar is-Sibt li għadda, Johnson ħabbar li se jkunu qed jiddaħħlu fis-seħħ miżuri stretti minn nhar il-Ħamis li ġej, fejn se jkunu qed jingħalqu restoranti, pubs, gyms, ħwienet mhux essenzjali u anke postijiet ta’ talb.

Aktar dettalji dwar il-miżuri mistennijin li jiġu ppubblikati qabel ma l-Membri Parlamentari jivvotaw fuq il-miżuri nhar l-Erbgħa li ġej.

Sport