Friday, July 26, 2024

Bormla Subbuteo Club jaslu sas-Semi-finali fil-kompetizzjoni prestiġjuża ta’ turnew maġġuri ġewwa Bologna

Aqra wkoll

Nhar il-Ħadd li għadda, Bormla Subbuteo Club waslu sas-Semi-finali fil-kompetizzjoni prestiġjuża tat- turnew maġġuri ġewwa Bologna l-Italja. Fil-fażi tal-gruppi rebħu kontra Dragones ta’ Spanja 2-0,kisbu rebħa ta’ 2-1 kontra Master Sanremo Italja u rebħa oħra ta’ 4-0 kontra Ves Gentes tal-Italja fil-kwarti tal-finali kontra Bologna Tigers tal-Italja.

Il-logħba ntemmet 1-1 iżda kienu l-Bormliżi li għaddew b’differenza ta’ gowls aħjar u passaġġ fis-semi-finali f’turnew maġġuri – it-tieni wieħed dis-sena wara l- podju miksub fil-Major ta’ Frameries. Għal Bormla dan kien is-sitt podju internazzjonali. It-tim kien kompost mill-captain Charlie Aquilina, Jason Pisani, George Ebejer, il-Belġjan Bessim Golger, John Zammit u l-plejer ta’ taħt l-20 sena Thomas Ebejer li lagħab fl-Open u anke lagħab mat-tim . 

Is-Sibt fl-avvenimenti individwali, il-captain ta’ Bormla SC wasal sas-semi-finali fejn fi Grupp 4, huwa rebaħ żewġ logħbiet u draw u temm fl-ewwel post b’differnza aħjar ta’ gowls u fl-aħħar 16 rebaħ lil  Ciraolo  2-3 biex fil-kwarti tal-finali rebaħ lil Finardi  2-1,  fis semi-finali tilef 1-3 mar-rebbieħ tal-kategorija Veterano Belloni. Fil-Kategorija tan-nisa Katharina W.Busch waslet sat-tielet post. Il- kompetizjoni li jmiss għal Bormla SC hija l-Grand Prix ta’ Messina fl-Italja, il-Major ta’ Athni fil-Greċja f’’Ġunju u f’Lulju l-Grand Prix ta’ Ludwisburg fil-Ġermanja .

Bormla Subbuteo Club jixtieq jirringrazzja għall-għajnuna lil VisitMalta, SportMalta, Fondazzjoni Kottonera, Mykonos by Yiamas, Euroclub Hotel, EJCS u Bormla Dynamos għall-għajnuna meħtieġa. 

Ekonomija

Sport