Wednesday, July 24, 2024

Ibburdjar: Ekwipaġġi Maltin tal-Klassi SB20 jagħmlu d-debutt tagħhom fl-Atlantiku

Aqra wkoll

Flotta b’saħħita tal-Klassi SB20 tikkompeti fil-Grand Slam Spring Cup f’Cascais, il-Portugall.

Sittax mill-aqwa baħħara tal-Klassi SB20 ta’ Malta dan l-aħħar ipparteċipaw fil-Grand Slam Spring Cup.

Meqjusa bħala waħda mill-avvenimenti ewlieni fil-kalendarju tal-ibburdjar tal-2024, il-Grand Slam Spring Cup tiġbor flimkien uħud mill-aqwa baħħara Ewropej biex jikkompetu f’din ir-regatta fejn kollha jtellqu fuq id-dgħajjes SB20 li huma b’disinn wieħed. It-tlielaq saru fil-bajja ta’ Cascais, li tinsab fuq il-kosta Atlantika tal-Portugall u kienet mifruxa fuq jumejn. Il-flotta kienu impenjati fi tliet tiġrijiet kuljum.

Għalkemm il-baħrin Maltin kollha huma ta’ċertu esperjenza, it-tlielaq fl-ibħra tal-Atlantiku u fost tant dgħajjes SB20s kienet l-ewwel esperjenza ta’ din ix-xorti għal ħafna minnhom. Filwaqt li l-flotta Maltija uzat  dgħajjes minn Cascais, huma għamlu użu mill-qlugħ tagħhom stess u tagħmir ieħor meħtieġ li kien mibgħut apposta minn Malta.

Minħabba n-nuqqas ta’ esperjenza tagħhom f’kundizzjonijiet bħal dawn, l-ekwipaġġi Maltin approfittaw mill-ewwel tiġrijiet biex jiffaċċjaw il-kundizzjonijiet li kienu jikkonsistu f’riħ li ġej minn direzzjoni, mewġ u mbatt minn direzzjoni oħra u kurrent qawwi minn direzzjoni oħra. Dawn huma kundizzjonijiet li wieħed ma jiltaqax magħhom fl-ibħra Maltin.

Hekk kif it-tiġrijiet komplew, madankollu l-baħrin Maltin għamlu progress tajjeb fejn sabu ruħhom f’nofs il-flotta. Iż-żewġ dgħajjes Maltin bl-aħjar prestazzjoni kienu mmexija minn Brian Flahive u Saul Vassallo.

Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltiaj,  Steve Carter stqarr li “Il-kontinġent kollu kien mgħamul minn baħrin ta’ esperjenza, li ġejjin mill-klabbs kollha lokali jiġifieri Birzebbugia Sailing Club, Malta Young Sailors Club, ir-Royal Malta Yacht Club u Vikings Sailing Club. Fid-dawl tal-Kampjonati Ewropej SB20 ta’ din is-sena li se jsiru f’Malta, din kienet esperjenza ta’ taħriġ imprezzabbli għalihom li kollha se jkunu qed jirrappreżentaw lil Malta f’dawn il-Kampjonati f’Ottubru,”

Carter kompla billi rringrazzja lil SportMalta talli pprovdiet appoġġ finanzjarju kif ukoll lill-Malta Sailing Federation, li taħt l-awspiċji tagħha se jsiru l-Kampjonati Ewropej.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Kampjonati Ewropej SB20, wieħed jista jżur – https://sb20europeans2024.com/

Ekonomija

Sport