Wednesday, July 24, 2024

Luciano Zauri m’għadux coach ta’ Hamrun Spartans

Aqra wkoll

Hamrun Spartans ħabbru li l-coach Luciano Zauri informa lill-club li ma kinitx l-intenzjoni tiegħu li jestendi l-kuntratt attwali tiegħu mal-club.

Fi stqarrija, l-Ispartans qalu li Zauri kien l-għażla naturali tal-klabb, u l-aħbar segwiet diversi tentattivi mill-president Joseph Portelli biex iżommu bħala coach għall-istaġun li ġej 2024/2025.

Zauri kien ħa post Branko Nisevic fis-sajf li għadda, u mexxa lill-Ispartans għall-għaxar kampjonat fl-istorja tal-klabb u suċċess fil-BOV Super Cup f’Diċembru li għadda.

Eks plejer ta’ Atalanta, Chievo, Lazio, Fiorentina, Sampdoria u Pescara u t-timijiet Taljani tal-kbar, ta’ taħt il-21, ta’ taħt it-18 u ta’ taħt is-17-il sena, Zauri beda l-karriera tiegħu ta’ kowċ ma’ Pescara, fejn mexxa diversi timijiet fis-settur taż-żgħażagħ tal-klabb. Zauri nħatar kowċ ta’ Pescara fl-istaġun 2019/20 fis-Serie B iżda rriżenja f’Jannar 2020 meta t-tim kien jinsab fl-għaxar post.

Wara perjodu mat-tim tal-Primavera ta’ Bologna, huwa reġa’ ngħaqad ma’ Pescara f’April 2022, u mexxa lill-klabb fis-Serie C sa tmiem l-istaġun.

Ekonomija

Sport