Thursday, December 26, 2024

Bormla Subbuteo Club (Malta) jikkompetu fl-ECSTFA Champions League ġewwa Eugies fil-Belġju

Aqra wkoll

Bormla Subbuteo Club (Malta) fi tmiem il-ġimgħa bejn it-28 u d-29 ta Ottubru 2023 ikkompetew fl- ECSTFA Champions League ġewwa Eugies fil-Belġju. Bormla Subbuteo Club kienu ssidjati fi Grupp 4 fejn b’żewġ rebħiet, draw u żewġ telfiet għaddew bit-tielet post b’total ta’ seba’ punti mill- grupp tal-mewt. Ir-riżultati kienu dawn: 

Draw ma’ Falcons Athens tal-Greċja 1-1 

Telfa ma’  Fiamme Azzurre tal-Italja 1-2 

Rebħa ma’ Charleroi tal-Belġju 3-0

Telfa ma’ Caen ta’ Franza 1-2 

Rebħa ma’ Turia ta’ Spanja 4-0 

Biex fl-aħħar 16 rebħu lil Scarlet Battalion tal-Greċja  2-1 biex avvanzaw għall-Kwarti-Finali kontra Reggio Emilia Fratelli Bari tal-Italja 3-0, rebbieħa tal-edizzjoni tas-sena l-oħra u anke rebbieħa tal- edizzjoni ta’ din is-sena, fejn il-logħob fuq l-imwejjed kien kollu qrib u b’differenza ta’ goal 1 biss.

Wara kien imiss il-pjazamenti għall-5/6 post fejn tilfu ma’ Salernitana tal-Italja 1-2 biex finalment rebħu kontra Hennuyer tal-Belġju 4-0 u temmew fis-seba’ post minn 21 klabb f’din l-edizzjoni tat- Tazza taċ-Champions. 

It-tim kien kompost minn Charlie Aquilina (Captian), Jason Pisani, Bessm Golger, George Ebejer u John Zammit. 

Grazzi tmur lil VisitMalta, Exploremore, SportMalta, Fondazzjoni Kottonera, EJCS, Euroclub, Mykonos by Yiamas u Cospicua Dynamos.

Ekonomija

Sport