Saturday, May 18, 2024

Tfajla tinqatel fl-Awstralja f’każ ta’ vjolenza domestika

Aqra wkoll

Hekk kif nhar il-Ħamis li għadda l-Awstralja stembħet għall-aħbar kerha li kien instab kadavru ta’ tfajla ġewwa l-kamra tal-banju ta’ skola privata elitista f’Sydney, l-orrur ta’ dan id-delitt reġa’ qanqal diskussjoni dwar vjolenza domestika fuq in-nisa.

Id-ditektifs li qed jinvestigaw jemmnu li t-tfajla, Lilie James kowċ tal-waterpolo ts’ 21 sena inqatlet bi ġrieħi estensivi f’rasha b’daqqiet ta’ martell ftit siegħat qabel instabet maqtula.

Kien rappurtat li kamera tas-CCTV qabdet lill-kollega tagħha, il-kowċ tal-hockey ta’ 24 sena Paul Thijssen, dieħel fil-kamra tal-banju warajha u aktar tard reġa’ ħareġ waħdu.

Għalkemm il-pulizija ma għamlet l-ebda kummenti pubbliċi dwar motiv potenzjali, il-midja lokali rrappurtat li James reċentement temmet relazzjoni le kellha ma’ Thijssen. Kienu ilhom jaraw lil xulxin għal ħames ġimgħat biss.

Il-Pulizija sabu oġġetti assoċjati mal-omiċidju, allegatament l-arma tal-qtil, f’bin u l-Ġmgħa filgħodu, l-allegat qattiel ġie kkonfermat li hu Thijssen. Thijssen, ta’ nazzjonalità Olandiża, kien eks kap tal-isports fl-iskola qabel ma sar membru tal-istaff.

Il-każ reġa’ qajjem konversazzjoni dwar kif l-Awstralja ilha tissielet kontra “epidemija” ta’ vjolenza domestika fil-pajjiż. 

Lilie James hija l-41 mara Awstraljana din is-sena li mietet allegatament bħala riżultat ta’ vjolenza sessista, skont il-proġett Counting Dead Women.

1 kumment

  1. Ghall nardu l grieg il budget ma fih xejn.Nesa dan meta l ministri u segretarji parlamentari hadu zieda ta €601.16 ewro fil gimgha u l haddiem tawh €1.16 biss.Bil mohbi ta ta shabhom parlamentari u tal maltin kolla.K8f nista nafda jien kap ta partit li jaspira li jkun imexxi lill Malta u jiddikjara li jaqla 6000 lira fis sena u ma jhallas taxxa.

Comments are closed.

Sport