Sunday, August 2, 2026
Home Sport Borussia Dortmund ineħħu lil Sahin minn kowċ

Borussia Dortmund ineħħu lil Sahin minn kowċ

0
117

Borussia Dortmund ħabbru uffiċjalment li temmew kull relazzjoni mal-kowċ Nuri Sahin. Din l-aħbar kienet ilha fl-arja u sa fl-aħħar ħarġet stqarrija uffiċjali wara l-aħħar riżultati xejn pożittivi ta’ dan it-tim li jilgħab fis-Signal Iduna Park.Dan kollu seħħ wara t-telfa ta’ 2-1 li sofrew kontra Bologna fil-UEFA Champions League t-Tlieta filgħaxija.

Sahin kien ilu jmexxi lil dan it-tim sa mis-sajf 2024 meta kien ħa post Edin Terzic. Sadanittant l-eks kowċ ta’ Manchester United Erik Ten Hag qed jissemma’ li se joħodlu postu.