Tuesday, December 24, 2024

Bosta jattendu għall-purċissjoni tal-Irxoxt fir-Rabat 

Aqra wkoll

Il-Knisja Kattolika llum tiċċelebra l-akbar festa tagħha, l-Għid il-Kbir, il-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. F’diversi bliet u rħula madwar Malta u Għawdex saru l-purċissjonijiet bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt, b’ħafna minnhom jagħmlu wkoll il-ġirja tradizzjonali bl-istatwa. 

It-temp sabiħ ikkumplimenta din il-festa u għadd ta’ nies ħarġu fit-toroq isegwu mill-qrib il-purċissjonijiet. Dan is-sit, niżel fil-lokalità tar-Rabat, Malta, fejn hemmhekk il-purċissjoni għaddiet minn diversi toroq u rat ukoll is-sehem tal-fratelli, personaġġi u s-Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru. Fil-bidu tal-purċissjoni sar ukoll it-tberik tat-tfal u l-figolli.

Intant, is-Sibt filgħaxija, l-Arċisqof ta’ Malta, Charles J. Scicluna, mexxa l-Vġili Solenni tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann. 

Fl-omelija, l-Arċisqof qal li l-mewt u l-qawmien ta’ Ġesu mill-mewt ifakkruna biex ma nibżgħux mill-mewt għax il-mewt ma tfissirx it-tmiem imma pajsaġġ għal ħajja ġdida. Huwa ħeġġeġ sabiex nirringgrazzjaw lill-Mulej talli fl-ubbidjenza tiegħu lejn il-Missier għadda mill-mewt ħarxa tas-salib. 

Fil-lejl ta’ Sibt il-Għid, l-Arċisqof Scicluna għammed 14-il adult li permezz tas‑Sagramenti tad‑Dħul fil‑Ħajja Nisranija (magħmudija, griżma u tqarbin), saru membri tal‑Knisja Kattolika. 

Ekonomija

Sport