Sunday, May 19, 2024

Il-Malta Ranger Unit se tibda ddur l-inħawi tal-Miżieb minħabba żieda ta’ skart fiż-żona

Aqra wkoll

Hekk kif fil-limiti tal-Manikata qed jiżdied l-iskart, il-Malta Ranger Unit ħabbret li se tkun qegħda tagħmel rondi sabiex tassigura li l-ambjent tal-madwar jinżamm nadif mill-pubbliku.

Il-Malta Ranger Unit qasmet dan il-ħsieb fuq il-paġna ta’ Facebook, fejn irrimarkat li huma ntebħu b’din il-problema, hekk kif irċivew għadd ta’ messaġġi mingħand il-pubbliku u mill-kaċċaturi.

Fl-istess messaġġ, huma tellgħu xi ritatti, fejn jidher li fejn il-masġar tħallew bosta fliexken tal-plastik, kaxxi tal-ikel u skart ieħor.

Il-Malta Ranger Unit sejħet lill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) biex jaħdmu flimkien biex jindirizzaw il-problema tal-iskart li qed jintrema’ fil-Miżieb u anke l-Aħrax, limiti tal-Mellieħa.

Il-Malta Ranger Unit se tkun qegħda tibda dawn ir-rondu minn April lli ġej. Hija temmet il-messaġġ billi ħeġġet lil pubbliku sabiex jagħmlu kuntatt mar-ranges jekk jaraw xi tip ta’ abbuż.

Sport