Saturday, May 4, 2024

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident fi Triq Buqana

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-11:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku f’Limiti ta’ Buqana, l-Imdina.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza Citroen C5 misjuq minn raġel ta’ 27 sena residenti l-Mosta, u mutur Triumph Tiger misjuq minn raġel ta’ 60 sena residenti Marsaskala.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Sport