Monday, May 13, 2024

Barcelona mistennija jneħħu lil Raphinha

Aqra wkoll

Barcelona qed jaħsbu sabiex ibiegħu lill-winger internazzjonali Brażiljan Raphinha wara staġun wieħed biss. Dan tal-aħħar iddiżappunta ferm fil-Katalunja speċjalment fil-logħob tiegħu. S’issa minn 28 dehra hu skorja ħames gowls u wettaq għaxar assists għalkemm il-kowċ Xavi stenna xi ħaġa aħjar mingħandu.

Sadanittant, rapporti minn xi gazzetti Ingliżi qed jgħidu li Raphinha qed jiġi segwit minn Newcastle United fil-Premier League Ingliż. Hu diġa’ għandu esperjenza jilgħab fir-Renju Unit meta libes il-flokk ta’ Leeds United.

Sport