Monday, May 13, 2024

Raġel ikkundannat sentejn ħabs talli ammetta li wettaq hold-up f’ħanut fil-Gżira

Aqra wkoll

Raġel ta’ 40 sena li m’għandux indirizz fiss ġie ikkundannat sentejn ħabs wara li tressaq il-Qorti, mixli li seraq minn ħanut fil-Gżira. 

Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ seħħ nhar il-Ġimgħa li għadda, fejn allegatament l-akkużat daħal jisraq minn ħanut fi Triq ix-Xatt fil-Ġżira 

Kompliet tispjega kif l-akkużat daħal jisraq armat u qabel ma’ ħarab fuq il-post, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier. 

Il-Pulizija kompliet tinvestiga dan il-każ bir-reqqa u mill-kameras li kien hemm fil-ħanut stess wasslu biex jiġi identifikat l-akkużat. 

Quddiem il-Maġistrat Monica Vella huwa ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih. Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il- Qorti mmexxija mill-Maġistrat Vella kkundannatu sentjen ħabs. 

Dan filwaqt li ordnat sabiex meta jkun qiegħed jiskonta s-sentenza fil-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin, iird jingħata x tip ta’ trattament sabiex jindirizza l-vizzji li għandu. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Brandon Bonnici mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur Eman Hayman.

Sport