Saturday, May 4, 2024

Stħarriġ juri kif kompliet tiżdied il-fiduċja fil-PM 

Aqra wkoll

Stħarriġ ieħor wera li l-fiduċja fil-Prim Ministru Robert Abela kompliet tiżdied bl-istess stħarriġ juri li bejn il-partiti politiċi hemm distakk ta’ 10% favur il-Partit Laburista. 

Dan ħareġ minn stħarriġ tal-ġurnal lokali Maltatoday li fl-istess waqt juri li min-naħa l-oħra, 21.7% esprimew il-fiduċja fil-kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. L-istess stħarriġ wera li l-fiduċja fil-Prim Ministru u Mexxej tal-PL Robert Abela żdiedet minn 41.1% fi Frar għal 45.9% f’dan ix-xahar.

Ħareġ ukoll li mill-persuni li vvotaw lill-PL fl-aħħar elezzjoni ġenerali tal-2022, 87% għadhom jafdaw lil Abela u mill-persuni li vvotaw lill-PN fl-aħħar elezzjoni, 55.4% biss jafdaw lil Grech. Minn dawk li ma vvotawx fl-2022, hemm total ta’ 71% li għadhom ma jafdaw lil ħadd.

Id-distakk bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista reġa’ kiber biex issa laħaq id-29,000 vot xahrejn qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.

L-istħarriġ indika wkoll li se jkunu qed jivvotaw aktar nies milli maħsub qabel. Ix-xahar li għadda, kien hemm tbassir li se jkun hemm 62.5% tal-Maltin se jivvotaw, iżda dan l-istħarriġ, wera kif din iċ-ċifra telgħet għal 76.6%.

Sport