Saturday, April 19, 2025

Bournemouth iridu jżommu lil Kepa

Aqra wkoll

Bournemouth qed jippjanaw mossa fis-sajf biex jassiguraw is-servizzi tal-goalkeeper ta’ Chelsea Kepa Arrizabalaga għal kollox. Kepa deher f’29 partita fil-kompetizzjonijiet kollha matul il-kampanja attwali u rreġistra seba’ clean sheets ma’ The Cherries.

Kepa għandu 30 sena u hu goalkeeper internazzjonali Spanjol li rrappreżenta lil pajjiżu 13-il darba. Hu lagħab ukoll ma’ Athletic Bilbao, Valladolid u Real Madrid qabel ma’ ngħaqad ma’ Chelsea fis-sena 2018 għalkemm ftit sab ċans ta’ futbol regolari mal-Blues.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport