Friday, April 26, 2024

BOV Kampjonat Premier: Konfront delikat bejn Valletta u Hibernians

Aqra wkoll

Meta bejn illum u għada tintlagħab it-18-il ġurnata tal-BOV Kampjo­nat Premier, l-aktar partita mistennija hija bejn il-leaders Hibernians u Valletta li jinsabu fis-seba’ post tal- klas­sifika liema konfront ħadd ma jaffordja jitlef.

Il-ħames partiti l-oħra hu­ma kollha interessanti minħabba l-importanza tagħ­hom hekk kif f’dan l-istadju kull team irid jirbaħ il-punti minħabba li fadal ħames logħbiet oħra biex tintemm l-ewwel fażi.   

Valletta v Hibernians – Din hija l-aktar logħba li tispikka fi tmiem il-ġimgħa bejn żewġ rivali antiki. 

Iżda filwaqt li Hibernians jinsabu fl-ewwel pożizzjoni, Valletta qegħdin fis-seba’ post f’taqtiegħa ma’ Sirens, Gzira United, Balzan u Gudja United għall-ewwel sitt postijiet. 

Huma ġejjin minn telfa ta’ 2-1 kontra Sirens li kienet it-tmien waħda tal-istaġun filwaqt li ilhom għal dawn l-aħħar seba’ partiti ma jirbħu. Għaldaqstant xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom għax jistgħu jinqabdu fin-naħa t’isfel tal-klassifika.

Min-naħa l-oħra, Hibernians huma l-uniku team bla telfa u fl-aħħar logħba reġgħu rritornaw għar-rebħ wara tliet draws infila. 

Il-Pawlisti se jkunu msaħ­­ħa bir-ritorna ta’ Jake Grech, Thaylor Aldama u Gabriel Izquier Artiles, minn sospensjoni iżda l-eks difensur Belti, Joseph Zerafa, jinsab sospiż. 

Min-naħa l-oħra, Ryan Camilleri u Eslit Sala huma sospiżi għal-Lilywhites iż­da Jean Borg jirritorna minn sospensjoni.

Fl-ewwel round iż-żewġ timijiet ħadu punt kull wie­ħed fi draw ta’ 1-1. 

Floriana v Mosta – Flo­riana, li jinsabu t-tieni, jaf­frontaw lil  Mosta meta t-tnejn irreġistraw rebħa fl-aħħar partita tagħhom.

Il-Greens żammew il-pass ma’ Hiber­nians grazzi għar-rebħa dram­matika ta’ 2-1 kontra Balzan. Kien is-sostitut Owen Spiteri li kiseb it-tliet punti permezz ta’ daqqa ta’ ras żewġ minuti minn tmiem il-partita. 

Jidher li issa Floriana jippossjedu skwadra li kapaċi tisfida għat-titlu hekk kif għandhom aktar profondità u kwalità f’kull dipartiment li jagħmluhom fost l-isfi­danti ewlenin għar-rebħ tat-titlu. 

Min-naħa l-oħra, Mosta ġejjin minn żewġ rebħiet mill-aktar importanti, kontra Balzan (3-2) u Sta Lucia (1-0) li jagħtuhom aktar ener­ġija fil-ġlieda tagħhom kontra r-relegazzjoni hekk kif jinsabu sitt punti vantaġġ miż-żona l-ħamra. Rebħa kontra Floriana ttellagħhom f’nofs il-klassifika u f’pożizzjoni aktar sigura.

Iż-żewġ timijiet se jilq­għu r-ritorn ta’ Oualid El Has­ni (Floriana) u Luis Rias­cos (Mosta) minn sos­pensjoni.

Fl-ewwel round kienu  spiċ­ċaw fi draw ta’ 2-2. 

Hamrun S. v Gudja U. – Hamrun Spartans jiffaċċjaw lil Gudja United f’konfront diffiċli.

L-Ispartans mhumiex qed jimpressjonaw fil-logħob tagħhom hekk kif kisbu biss tliet punti mill-aħħar erba’ logħbiet tagħhom bil- konsegwenza li jinsabu 10 punti taħt il-leaders. 

Huma jinsabu b’moral baxx wara t-telfa umiljanti ta’ 4-1 kontra Gzira United.

Min-naħa l-oħra, Gudja United jinżlu għal din il-partita b’entużjażmu kbir konxji mill-fatt li l-pressjoni tinsab kollha fuq Hamrun.

Rebħa tista’ tpoġġihom f’qagħda li jisfidaw għal mal-ewwel sitta … wara li erba’ logħbiet ilu kienu qed jissieltu kontra r-relegaz­zjoni.

L-uniku player nieqes huwa Louis Beland ta’ Gudja filwaqt li għall-Ispartans se jirritornaw Karl Micallef, Claude Dielna u Emerson Marcelina, minn sospen­sjoni.

Fl-ewwel round Hamrun Spartans rebħu 3-1.

Birkirkara v Sirens– Birkirkara jiffaċċjaw lil Sirens li l-moral tagħhom huwa għoli wara li fl-aħħar logħba għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 2-1. 

Bħalissa l-Istripes jinsabu fit-tielet post … sitt punti taħt il-leaders Hibernians… u ħames punti fuq l-istess Sirens li jinsabu fil-ħames pożizzjoni.

Rebħa għall-Istripes ssaħ­­ħaħ iċ-ċansijiet tagħhom li jkunu wkoll fit-taqtiegħa għar-rebħ tat-titlu.

Iżda jekk Sirens joħorġu rebbieħa jkun ifisser li jnaq­qsu d-distakk għal żewġ punti. 

Il-players huma kollha disponibbli għaż-żewġ ti­mi­jiet filwaqt li Jacob Wal­ker jirritorna minn sospen­sjoni għal Sirens li fl-ewwel round għelbu lill-Istripes 3-2.

Balzan v Gzira U. – Balzan jilagħbu kontra Gzira Uni­ted li ġejjin minn rebħa ta’ 4-1 fuq Hamrun Spartans biex telgħu fis-sitt post tal- klassifika u anke b’ċans taj­jeb li jisfidaw għall-ewwel erba’ postijiet. 

Huma jinżlu għal dan il-konfront b’vantaġġ psi­koloġiku fuq Balzan hekk kif dawn ġejjin minn sensiela ta’ riżultati negattivi. 

Fil-fatt huma kisbu biss sitt punti minn tmien partiti. Iżda wieħed irid jgħid ukoll li kienu sfortunati fit-telfa ta’ 2-1 kontra Floria­na hekk kif qalgħu l-goal fl-aħħar ħinijiet. 

Huwa jridu jirriorganiz­zaw biex jerġgħu jnisslu l-mentalitá rebbieħa qabel ikun tard wisq. 

Il-players kollha huma disponibbli għaż-żewġ ti­mi­jiet.

Fl-ewwel round Balzan kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1.

Sliema W. v Sta Lucia – Dan huwa konfront di­rett bejn l-aħħar żewġ timijiet fil-klassifika u għaldaqstant ir-riżultat jista’ jkompli jiddetermina l-futur tagħhom għalkemm fil-veritá se tkun ferm diffiċli biex isalvaw posthom fl-ogħla diviżjoni minħabba li huma xi ftit maqtugħin fiż-żona tar-relegazzjoni.

Filwaqt li Sta Lucia huma distakkati b’sitt punti minn Mosta li jinsabu fl-10 post tal-klassifika, il-Wanderers jinsabu tmien punti waraj­hom. Għaldaqstant dan il- konfront huwa test li l-ebda team ma jista’ jfalli għax ikun ifisser katastrofí.

L-uniku player sospiż huwa dak tal-Wanderers, Julies Bliek, iżda huma jilqgħu lil Danny Holla minn sospensjoni. 

Fl-ewwel round iż-żewġ timijiet temmew fi draw ta’ mingħajr goals … iżda issa għandhom bżonn rebħa …

Sport