Wednesday, April 24, 2024

BOV Plejer tax-Xahar: Jefferson ta’ Gzira United jirbaħ dawk ta’ Awwissu u Settembru 2022

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Gżira United, Jefferson de Assis, intgħażel bħala l-BOV Plejer tax-Xahar għal Awwissu u Settembru 2022, u b’hekk kiseb l-ewwel unur individwali tal-istaġun tal-futbol attwali.

L-attakkant Brażiljan ta’ 27 sena skorja total ta’ sitt gowls f’dan il-perjodu, li kienu magħmula minn tliet doppjetti kontra Santa Luċija, Gudja United u Hibernians rispettivament.

Il-Brażiljan, imwieled f’Porto Alegre, beda l-esperjenza personali tiegħu fix-xena tal-futbol lokali fl-2017 meta ngħaqad ma’ Sliema Wanderers, u sussegwentement kellu perjodu qasir f’Għawdex ma’ Nadur Youngsters, qabel ingħaqad ma’ Gżira United fl-2019. F’Jannar tal-2020, huwa ngħaqad ma’ Fujairah SC fil-UAE Pro league b’self għal sitt xhur, sussegwentement irritorna ma’ Gżira fl-istaġun ta’ wara.

Jefferson kien f’vena mill-aqwa fl-ewwel logħba tal-istaġun meta skorja darbtejn fir-rebħa ta’ Gżira fuq Santa Luċija bl-iskor ta’ 3-1. Wara lil Gudja fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls, De Assis naqqas id-distakk wara kross mill-viċin ta’ Clive Gauci, u wara gowl ta’ Maia li ġab l-iskor indaqs, Jefferson tefa’ bir-ras il-freekick ta’ Jackson Mendoza għal vantaġġ ta’ 3-2 qabel ma Gudja salvaw punt meta kisbu d-draw ħames minuti mit-tmiem.

Gżira ħadu t-tliet punti kontra Hibernians fejn Jefferson skorja ż-żewġ gowls fir-rebħa tagħhom ta’ 2-1, f’partita fejn ġie vvutat ukoll bħala l-BOV Plejer tal-Logħba.

Priscilla Attard, Manager tal-Fergħa tal-Gżira tal-Bank of Valletta, ippreżentat it-Trofej tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Awwissu u Settembru 2022 lil de Assis li għażel lil Caritas Malta biex tibbenefika mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju. L-istrateġija tal-Bank of Valletta dwar id-dimensjonijiet Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG) tkompli tevolvi bil-Bank jippromwovi l-kunċett ta’ saħħa u ġid tas-saħħa permezz tal-appoġġ tiegħu f’diversi attivitajiet sportivi m

Sport