L-attakkant eks-Manchester City u AC Milan Brahim Diaz kien fis-seba’ sema wara li għen lit-tim tiegħu l-Marokk jirbaħ il-logħba ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza Afrikana 2025 meta skorja wieħed mill-gowls fir-rebħa ta’ 4-1 kontra l-Gabon.
Dan kien l-ewwel gowl li skorja għat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu wara li lagħab is-sitt logħba. Hu għażel li jilgħab għal dan il-pajjiż wara li aktar qabel kien deher mat-tim nazzjonali Spanjol taż-żgħażagħ u saħansitra lagħab anke partita mat-tim tal-kbar. Minkejja kollox, hu għandu ċittadinanza doppja u wara ħafna ħsieb, iddeċieda li jilgħab mat-tim Afrikan.
Diaz qal li kien qed jistenna dan il-gowl u issa mhux se jħares lura sabiex jiskorja aktar għat-tim tiegħu.