Tuesday, July 28, 2026
Home Sport Bronż storiku għal Kai Azzopardi fir-Regional Development Cup 2026 tal-World Triathlon

Bronż storiku għal Kai Azzopardi fir-Regional Development Cup 2026 tal-World Triathlon

0
2

Kai Azzopardi sar l-ewwel triatleta Elite Malti li qatt tela’ fuq il-podju fir-Regional Development Cup 2026 tal-World Triathlon, fejn temm fit-tielet post u b’hekk rebaħ midalja tal-bronż f’Lake Vlasina, is-Serbja.

Waqt li kkompeta kontra grupp qawwi ta’ triatleti elite internazzjonali, Kai ta prestazzjoni komposta u eċċezzjonali mill-bidu sat-tmiem, fejn kiseb post mistħoqq fuq il-podju u kiteb kapitlu ġdid fl-istorja tat-triathlon Maltija.

Dan il-kisba notevoli hija pass importanti għall-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon u xhieda tax-xogħol iebes, id-dedikazzjoni u l-impenn ta’ Kai fit-triathlon.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here