Saturday, May 4, 2024

Bruno Fernandes kuntent ma’ Man Utd

Aqra wkoll

Hekk kif kien qed jitkellem ma’ stazzjon televiżiv fil-Portugall, Bruno Fernandes xejjen kull spekulazzjoni li jista’ jingħaqad ma’ xi tim mill-Arabja Sawdija meta qal li hu jinsab ferm għal qalbu ma’ Manchester United.

Hekk kif bħalissa Fernandes jinsab mat-tim nazzjonali Portugiż, Fernandes qal li ma jimmaġinah imkien ieħor ħlief mar-Red Devils.

Fernandes għandu 29 sena u ilu ma’ Manchester United sa mis-sena 2020 fejn lagħab 136 partita u skorja 47 gowl.

Sport