Friday, April 19, 2024

Bugħaddas ieħor salvat mix-Xwejni f’Marsalforn

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tal-5.05pm meta l-pulizija ta’ Għawdex, id-Dipartiment tal-Emerġenza, kif ukoll l-Isptar Ġenerali t’Għawdex ġew informati li fix-Xwejin f’Għawdex kien hemm bugħaddas li kien jinsab f’diffikultà.

Sorsi qalu lil talk.mt li l-bugħadda kien qiegħed jgħodos flimkien ma’ tnejn oħra u minħabba l-kurrenti li hemm fil-baħar beda jitbiegħed mill-oħrajn.

Minħabba li sab ruħu f’diffikultà, il-Forzi Armati ħarġu għalih u rnexxilhom isalvaw. Iżda minħabba l-forza tar-riħ li hemm, il-Patrol Boat sabitha diffiċli biex tidħol max-xatt u għalhekk ġie deċiż li jittieħed lejn l-Imġarr Għawdex.

S’issa jidher li l-Patrol Boat għadha fuq il-baħar u l-għaddas għadu ma wasalx l-Imġarr f’Għawdex.

Sorsi qalu li l-kundizzjoni tiegħu għadha ma ġiex eżaminata mit-tobba li qegħdin jistennew l-Imġarr, iżda sorsi qalu lil talk.mt li jidher li qiegħed f’qagħda stabbli.

Sport