Bukayo Saka se jgħaddi minn eżami mediku biex jiġi stabbilit kemm hi serja l-injury fil-koxxa li sofra waqt id-draw ta’ 2-2 ta’ Arsenal kontra Bayern Munich fiċ-Champions League.
Mikel Arteta ammetta li s-sitwazzjoni mhix waħda tajba, hekk kif Arsenal diġà għandhom nuqqas ta’ players fuq il-faxex laterali.
Jekk Saka jdum barra għal zmien twil, Eberechi Eze, Noni Madueke u ż-żagħżugħ Max Dowman jistgħu jingħataw aktar opportunitajiet.




