Bayern Munich, iċ-champions renjanti tal-Bundesliga, ġew miżmuma fi draw ta’ 0-0 minn Schalke 04, f’Gelsenkirchen u naqsu milli jiskorjaw għall-ewwel darba f’59 logħba kompetittiva.
Luis Diaz kellu żewġ opportunitajiet tajbin biex jiskorja, iżda falla f’waħda u ra t-tieni tentattiv tiegħu jiġi kklerjat minn fuq il-linja fatali.
Bayern iddominaw il-pussess, iżda fl-ewwel taqsima kellhom prestazzjoni diżorganizzata. Harry Kane u Michael Olise bdew fuq il-bank, iżda Kane daħal fil-bidu tat-tieni taqsima, filwaqt li Olise u Jamal Musiala daħlu aktar tard biex iżidu l-pressjoni.
Musiala kien inkluż fl-iskwadra għall-ewwel darba dan l-istaġun wara problemi ta’ saħħa fil-pre-season. Schalke baqgħu organizzati u ddefendew b’mod dixxiplinat biex jiksbu l-ewwel punt tagħhom tal-istaġun.
Kane kellu ċans tard, iżda l-goalkeeper, Loris Karius, għamel save spettakolari.
Għal Bayern, dan kien ukoll l-ewwel darba fi kważi sentejn li ma spiċċawx ġurnata tal-Bundesliga fil-quċċata tal-klassifika.





