Friday, May 3, 2024

Bundesliga: Bayern Munich megħluba minn Augsburg

Aqra wkoll

Barra minn darhom, Bayern Munich sfaw megħluba minn Augsburg bl-iskor ta’ 1-0 biex din kienet ir-raba’ darba nfila li l-Bavarjani waqqgħu l-punti fil-Bundesliga f’dan l-istaġun

B’hekk b’din it-telfa issa huma Borussia Dortmund li jinsabu waħedhom il-quċċata tal-klassifika wara li għelbu lil Schalke bl-iskor ta’ 1-0 bil-goals jasal minn Youssoufa Moukoko (78) li għad għandu 17-il sena.

Intant, fit-32 minuta Sadio Mane falla ċans tad-deheb li jiftaħ l-iskor għal Bayern meta filwaqt li deher li skorja huwa ġie antiċipat fil-ħin mid-difensur ta’ Augsburg, Max Bauer.

L-uniku goal tal-logħba ġie skorjat minn Mergin Berisha (59) wara li l-Brażiljan Iago laqat il-ballun ħażin biex ġie f’saqajn l-istess attakkant (Berisha) li kompla l-ballun għal ġewwa.  

Sport