Saturday, May 4, 2024

Burger King tniedi servizz biex twassal l-ikel madwar Malta

Aqra wkoll

Burger King Malta dan l-aħħar nediet servizz ġdid li bih, bi sħab ma’ Delivify, qed twassal l-ikel tagħha madwar Malta. Il-klijenti issa jistgħu jordnaw mill-app ta’ Delivify, iħallsu elettronikament u jitwasslilhom l-ikel dritt f’darhom.

L-app tuża il-Google Maps biex inti u tordna tindika eżatt fejn toqgħod, għalkemm is-servizz jitwassal fl-eqreb inħawi tar-restoranti. Wara li tagħżel ir-restorant, jitlagħlek il-menu. Tista’ saħansitra toħloq il-burger li tkun trid.

Dan is-servizz hu offrut mir-restoranti ta’ Ħal Qormi, il-Mosta, Paceville u Tas-Sliema. L-app tista’ tniżżilha b’xejn fuq il-mobile tiegħek minn hawn:

bit.ly/http://delivify.com/?pid=BK%20Our%20link

Minħabba ċ-ċirkostanzi attwali, Delivify qed topera b’sistema contactless biex tevita t-tixrid tal-COVID-19 u qed tħeġġeġ ukoll lill-klijenti tagħha biex, qabel jordnaw, iżidu l-istruzzjonijiet tagħhom għal min ikun se jġibilhom l-ordni d-dar.

Burger King hi operata f’Malta minn Food Chain Limited, membru tal-Grupp Farsons.

Sport