Friday, May 3, 2024

“Pajjiżna se jkompli jirnexxi u flimkien se naslu għal aktar suċċessi” – Il-PM Robert Abela

Aqra wkoll

Fid-diskors tiegħu tal-ewwel mitt jum tiegħu bħala Prim Ministru, Robert Abela qal li f’kull ġurnata li tgħaddi jsir aktar konxju tal-privileġġ li jservi l-pajjiż.

Qal li dawn l-ewwel mitt jum kienu mitt jum ta’ sfidi kbar li grazzi għal Kabinett magħqud. Tkellem dwar il-ħatra tal-Prim Imħallef bi qbil unanimu mal-Oppożizzjoni u l-Kummissarju tal-Pulizija li mistenni jinħatar bla preċedent.

Rigward l-infrastruttura tal-pajjiż qal li diversi proġetti komplew b’investiment ta’ €700,000,000 biex Malta titħejja għall-futur. 

Semma wkoll l-immaniġġjar tal-iskart u li bi pjan għaqli ġiet salvata medda kbira ta’ art u l-għixien ta’ ħafna bdiewa.

Tkellem dwar deċiżjonijiet xejn faċli li kellhom jittieħdu fl-aħħar ġimgħat minħabba għadu b’saħħtu li m’aħniex narawh. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għażlet lil Malta bħala l-mudell ta’ kif għandha tiġi kontrollata din il-pandemija. Fakkar li mhux biss ingħalqu l-ajruporti u l-portijiet, iżda bħala gvern għamilha ċara li Malta mhix f’pożizzjoni li ssalva aktar immigranti f’dan il-mument ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika.

Abela qal li b’kollox bil-miżuri u pakketti finanzjarji se nkunu investejna ‘l fuq minn €2,000,000. Minkejja dan pajjiżna qed ikun imbassar li pajjiżna se jkun l-anqas affettwat u li se jkun kapaċi jirpilja minn din is-sitwazzjoni ta’ kriżi.

Huwa rringrazzja lil dawk li hu ddeskriva bħala eroj li jinsabu minn ta’ quddiem f’din l-isfida biex jipproteġu lin-nazzjon anke jekk b’riskju għad-detriment ta’ saħħithom.

Sport