Friday, May 3, 2024

Burnley ferm viċin li jaħtru lil Vincent Kompany bħala l-manager il-ġdid tagħhom

Aqra wkoll

Burnley jinsabu ferm viċin li jaħtru lil Vincent Kompany bħala l-manager il-ġdid tagħhom.

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-Clarets ġew relegati mill-Premier League, żvilupp li se jara lil Mike Jackson jitlaq mir-rwol tiegħu ta’ manager temporanju.

Il-ġerarkija Amerikana tal-club minflok se ġġib persuna barra mill-club bħala s-suċċessur permanenti ta’ Sean Dyche, u jidher li Kompany se tkun qed jerġa’ lura għall-football Ingliż fit-tmexxija ta’ dan il-club.

Sport