Wednesday, April 24, 2024

Ikomplu jonqsu l-każi attivi

Aqra wkoll

Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 90 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 143 persuna. 

L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 1,556. 

It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija baqa’ 719 wara li fil-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis ma kinux irrappurtati li mietu persuni waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Meta mistoqsi dwar is-sitwazzjoni preżenti tal-Covid-19 waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar emendi fil-liġi tat-trattament tal-IVF, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li n-numri ta’ każi attivi baqgħu niżlin u li n-numri ta’ pazjenti fl-ITU huma baxxi ħafna. Sfortunatament, huwa ħabbar li llum hemm pazjent fl-ITU li huwa pożittiv għall-Covid-19.

Fearne ħeġġeġ biex in-nies li diġà ħadu l-ewwel booster u li għandhom opportunità li jieħdu t-tieni booster, jagħmlu dan.

Sport