Tuesday, May 14, 2024

“Emendi li se jagħtu l-opportunità lil aktar koppji li jesperjenzaw l-isbaħ mumenti ta’ ħajjithom”

Ippubblikati l-emendi fil-liġi tal-IVF kif imwiegħed fil-manifest elettorali tal-PL

Aqra wkoll

Waqt konferenza tal-aħbarijiet aktar kmieni, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa qal li bis-saħħa tal-evoluzzjoni tax-xjenza saru avvanzi kbar anke fejn tidħol infertilità.

Fearne qal li bis-saħħa tal-emendi li se jkunu qed jiġu ppubblikati, l-ispeċjalisti u t-tobba Maltin se jkunu jistgħu joffru trattamenti mediċi b’mod regolat lil dawn il-persuni li jixtiequ jsiru ġenituri.

Il-Ministru ddikjara li minn meta beda l-IVF lura fl-2014, f’pajjiżna kien hawn aktar minn 400 tarbija li twieldu b’dan il-proċess. Ir-rata ta’ suċċess fil-proċess f’pajjiżna rriżultat f’miraklu ġdid kienet ta’ aktar minn wieħed minn kull ħames ċikli. Infatti ir-rata tas-sena li għaddiet kienet ta’ 21.13 fil-mija li tfisser titjib ta’ 5.69 fil-mija meta mqabbla mas-sena 2020.

Emendi mwiegħda fil-manifest elettorali:

  • Se tiżided il-possibbiltà li koppji li għandhom wild li twieled bi proċess tal-IVF u anke b’mod naturali, jingħataw ll-opportunità ta’ trattament ieħor tal-IVF mingħajr ħlas.
  • Se jiżdied in-numru ta’ ċikli li mara tkun tista’ taċċessa minn fuq is-servizz tas-saħħa mingħajr ħlas. Se jiżdiedu b’mod sostanzjali n-numru ta’ ċikli li tista’ taċċessa l-mara li tiġi bżonn it-trattament.
  • Dawn in-nisa li jkunu użaw t-tliet ċikli, minn meta tgħaddi din il-liġi, se jingħataw l-opportunità li jagħmlu ieħor mingħajr ħlas.
  • Se tiżdied l-età tan-nisa li jistgħu jidħlu għall-IVF. Id-Deputat Prim Ministru qal li  bl-iżviluppi tat-teknoloġija, nisa sa 45 sena jkunu jistgħu jagħmlu l-IVF.
  • Żewġ cryopreserved embryos maħluqa barra minn Malta wara l-2018 jistgħu jinġiebu f’ pajjiżna matul kull ċiklu.

Emendi tekniċi:

  • Waqt li beda biex jispjega l-emendi waħda waħda, id-Deputat Prim Ministru spjega li fejn qabel kien projbit li tingħata gamete lil xi ħadd li tiġi minnu, issa se jkunu permessi donazzjonijiet mingħand persuni li jiġu mill-ġenitur prospettiv biż-żwieġ
  • emenda oħra hija li l-oocyte donation tkun iżjed fattibbli biex jinfetħu l-bibien għal numru ta’ koppji li għalkemm dan il-proċess huwa permissibbli, s’issa kienu qegħdin isibu diffikultajiet.
  • emenda oħra hija li f’każijiet li jkun hemm embrijuni jkunu għall-adozzjoni, tkun l-Adoption Administration Act li tirregola l-ġenituri kif jintgħażlu jew kif ikunu meqjusin bħala approprjati li jsiru ġenituri.

Opportunità ta’ wild b’saħħtu lil dawk li diġà welldu tarbija u tilfuha minħabba kumplikazzjoni

Id-Deputat Prim Ministru spjega li fil-kampanja elettorali smajna stejjer ta’ ġenituri li kellhom tarbija bl-IVF u li wara ftit ġranet jiskopru li hemm problema li se twassal għall-mewt ta’ din it-tarbija. Fearne qal li bil-liġi li qiegħda tiġi proposta, se jkun possibbli li jsir PGTM fejn kundizzjonijiet speċifiċi, jkun jista’ jiġi użat l-proċess b’saħħtu neċessarju biex dawn il-ġenituri ma jitilfux l-wild tagħhom. 

Fearne temm jgħid li l-akbar esperjenzi ta’ ħajtu kienu dawk ta’ wlied ġodda fil-familja. Tkellem mill-esperjenza ta’ missier ta’ tlett itfal u anke nannu ta’ tifel żgħir li ddeskriva bħala “waħda mill-isbaħ esperjenza ta’ ħajtu”. Huwa żied jgħid li din il-liġi se tkun qiegħda tagħti l-opportunità lil aktar koppji biex jesperjenzaw dawn il-mumenti tant feliċi.

Sport