Cape Verde, l-akbar fost 10 gżejjer tal-arċipelagu fl-Oċean Atlantiku u b’popolazzjoni ta’ 550,000, rebħu l-ewwel midalja fl-istorja tal-Logħob Olimpiku meta l-boxer, David de Pina, kiseb il-midalja tal-bronż fil-kategorija tal-flyweight, 51 kg.
Minkejja li De Pina huwa twil ħames piedi u erba’ pulzieri, huwa tilef is-semi-finali kontra Hasanboy Dusmatov tal-Uzbekistan, li rebaħ id-deheb f’Rio 2016, għaldaqstant kellu d-dritt għall-bronż flimkien ma’ Yunior Alcantara Reyes tar-Repubblika Dominkana li tilef is-semi-finali l-oħra kontra l-Franċiż, Billal Bennama.
B’din il-kisba, De Pina ngħata status ta’ eroj hekk kif sostna li huwa poġġa lil pajjiżu fuq il-mappa tal-Logħob Olimpiku.