Sunday, September 27, 2026
Home Sport Spanja champions tad-Dinja tan-Nisa ta’ Taħt l-20 sena

Spanja champions tad-Dinja tan-Nisa ta’ Taħt l-20 sena

0
55

Spanja ġew inkurunati champions tad-Dinja tan-Nisa ta’ Taħt l-20 sena wara rebħa drammatika bl-għoti tal-penalties kontra l-Korea ta’ Fuq.

Iż-żewġ timijiet baqgħu fi draw ta’ mingħajr goals sad-90 minuta u anke wara 30 minuta ta’ ħin barrani, hekk kif il-logħba ntemmet 0-0. Fil-għoti tal-penalties, Spanja żammew in-nervożiżmu u rebħu 4-3, bil-goalkeeper, Laia Lopez, ikollha rwol kruċjali b’diversi saves importanti.

Din kienet it-tieni darba li Spanja rebħu t-Tazza tad-Dinja tan-Nisa U-20. Matul il-120 minuta, Spanja kellhom aktar pussess tal-ballun u żammew pressjoni kontinwa fuq il-Korea ta’ Fuq, iżda sabu difiża organizzata li ma kinitx faċli biex tingħeleb.

Il-Korea ta’ Fuq kienu perikolużi bil-kontrattakki u setgħu jserrħu wkoll fuq il-prestazzjoni tal-goalkeeper tagħhom, Pak Ju. Spanja kellhom diversi opportunitajiet tajbin permezz ta’ Alba Cerrato u Pau Comendador, iżda ma rnexxilhomx isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja.

Fl-aħħar, Spanja kellhom jiddependu fuq id-dixxiplina tattika tagħhom u fuq is-saves importanti ta’ Lopez biex żammewlill-avversarji taħt kontroll qabel ma għelbu t-test tal-penalties.

Is-suċċess tal-U-20 ikompli jsaħħaħ il-perjodu pożittiv tal-football Spanjol. Dan is-suċċess jiġi wara t-trijonf tat-team nazzjonali tan-nisa fit-Tazza tad-Dinja tal-2023 u jkompli jikkonferma s-saħħa ta’ Spanja fil-kompetizzjonijiet internazzjonali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here