Sunday, September 27, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Wara li weġġa’ Isak … issa kien imiss lil...

UEFA Nations League: Wara li weġġa’ Isak … issa kien imiss lil Gakpo biex komplew ikabbru l-problemi għal Liverpool

0
60

l-waqfa internazzjonali kompliet iġġib problemi għal Liverpool, hekk kif Cody Gakpo sofra injury waqt li kien qed jilgħab għall-Olanda fir-rebħa ta’ 2-1 fuq is-Serbja.

L-attakkant ta’ Liverpool kellu joħroġ mill-ground wara biss 16-il minuta. Gakpo waqa’ waqt waqfa fil-logħob u deher iħoss uġigħ fin-naħa t’isfel ta’ siequ x-xellugija, qrib l-għaksa. L-injury jidher li seħħet wara daħla ma’ Sasa Lukić, li ngħata karta safra għat-tackle tiegħu.

Gakpo għamel sinjal lill-bank biex jinbidel, u issa hemm tħassib dwar kemm hi serja l-injury. Jekk il-problema tkun waħda sinifikanti, il-player jista’ jitlef iż-żewġ logħbiet li jmiss kontra l-Greċja u s-Serbja.

Il-player ta’ 27 sena kien beda l-istaġun f’forma tajba taħt il-coach il-ġdid ta’ Liverpool, Andoni Iraola, fejn skorja żewġ goals u pprovda erba’ assists fil-kompetizzjonijiet kollha. Tlieta mill-assists waslu fil-Premier League, fosthom tnejn għal Alexander Isak fir-rebħa kontra Ipswich Town.

Liverpool diġà kellhom tħassib ieħor wara li Isak kellu jirtira mill-impenji tiegħu mal-Isvezja minħabba injury żgħira. Il-club ikkonferma li l-attakkant se jirritorna Liverpool biex jiġi eżaminat mit-tim mediku.

Iż-żewġ injuries jistgħu jkunu ta’ tħassib għar-Reds qabel il-konfront kontra Manchester City f’Anfield fil-11 ta’ Ottubru.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here