KATEGORIJA

Lokali

Jispikka l-messaġġ b’saħħtu li kulħadd ugwali fiż-żjara tal-Papa Franġisku fost l-immigranti

Tama, imħabba u inklużjoni. Dawn huma uħud mis-sentimenti li ħasset il-komunità tal-immigranti f’Malta li tkellmet magħna meta l-Ħadd wara nofsinhar inġabret f’Ħal Far. F’nofs il-folla...

“Ma nħallux pajjiżna b’diżrispett, iżda b’tama għall-ħelsien u d-demokrazija” 

Minn naħa tiegħu Siriman Coulibaly qal li ilu pajjiżna għal dawn l-aħħar erba’ snin u li martu qiegħda tistenna tarbija. Irringrazzja lill-Papa Franġisku taż-żjara...

Tiġi fi tmiemha ż-żjara tal-Papa Franġisku f’pajjiżna

Waslet fi tmiemha ż-żjara tal-Papa Franġisku f'pajjiżna. Il-Papa kellu jħalli pajjiżna aktar kmieni għall-ħabta tas-6:15 p.m. Minkejja dan bejn minħabba l-impenji tiegħu f'pajjiżna u numru...

“Ħallast sitt darbiet lit-traffikanti biex tlaqt mil-Libja”

Fost iż-żewġ kelliema li tkellmu f’isem il-komunità fil-Laboratorju tal-Paċi tkellem Daniel Jude Oukeguale li wasal f’pajjiżna minn Niġerja. Jispjega li hu ħalla pajjiżu ħames...

“Għandi ħolma li flimkien nibnu familja umana f’dinja globalizzata”

“Qiegħed hawn biex ngħidilkom li ninsab qrib tagħkom. Ninsab hawn biex nara l-uċuħ tagħkom u nistqarr magħkom li inġorrkom dejjem f’qalbi u intkom dejjem...

“Il-preżenza tiegħek tikkonferma l-fidi tagħna u tinkoraġġini nibqa’ nkun ta’ servizz”

Fid-diskors introduttorju tiegħu fiż-żjara tal-Papa Franġisku fil-Laboratorju tal-Paċi, Patri Dijonisju Mintoff qal li huwa ta’ unur kbir għalih li jilqgħuh fosthom. Dijonisju kompla biex jgħid...

ARA: L-immigranti fil-Laboratorju tal-Paċi jistennew lill-Papa Franġisku

Fl-aħħar impenn tiegħu f’pajjiżna, il-Papa Franġisku se jkun qiegħed jiltaqa’ ma’ Patri Dijonisju Mintoff u għadd ta’ immigranti li nġabru biex isellmulu. Il-Papa Franġisku se...

L-immigranti għal qalb il-Papa Franġisku

Il-Papa Franġisku huwa t-tielet Papa li ġie f’pajjiżna wara ż-żjarat mill-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1990 u fl-2001 għall-beatifikazzjoni ta’ Dun Ġorġ Preca; u dik...

“F’isem Alla, waqqfu dan il-massakru”

Il-Papa Franġisku b’appelli kontra l-gwerra fl-Ukrajna qabel iż-żjara tiegħu f’Malta Eżattament ġimgħa wara l-elezzjoni ġenerali f’pajjiżna, għandna ż-żjara tant mistennija tal-Papa Franġisku. Din iż-żjara, li...

Żjara sorpriża minn Papa Franġisku fejn hemm midfun San Ġorġ Preca

Minkejja li ma kinitx fil-programm, jidher li l-Papa Franġisku wera x-xewqa li jżur il-post fejn hem midfun San Ġorg Preca. Fil-fatt il-Papa kien skedat li...

Il-Papa Franġisku jħeġġiġna biex ma nippuntawx subgħajna u noffru tama lil min hu assenti

Fl-Omelija tiegħu fil-quddiesa mqaddsa mill-Papa fuq il-Fosos tal-Floriana, il-Papa għamel referenza għall-episodju tal-mara adultera li Ġesù ħafrilha dnubietha anki jekk kien hemm min ikkundannaha...

“Tlabtu jberkilna r-residenzi u dawk kollha fihom”

Wara li tela’ mill-Grotta ta’ San Pawl, il-Papa Franġisku daħal fil-Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat fejn hemmhekk kellu laqgħa ma’ diversi nies fost il-morda...

Il-Papa Franġisku jmexxi ċelebrazzjoni mill-Fosos tal-Furjana

Il-qofol taż-żjara tal-Papa Franġisku f'dan it-tieni u l-aħħar jum f'pajjiżna jintlaħaq proprju minn hawn u ftit tal-mumenti oħra biċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa mill-Fosos tal-Furjana. Sa minn kmieni...

Tfajjel Rabti jsellem lill-Papa Franġisku bil-mod tiegħu

Aktar kmieni, il-Papa Franġisku żar il-Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat. Fost stennija kbira sa minn kmieni filgħodu, spikkaw iċ-ċkejknin quddiem il-Knisja. Fost numru ta’...

“Bil-lejl waqt għassa f’Tal-Virtu ġie wiċċ imbwiċċ mal-Papa Benedittu jippasiġġa fil-ġnien”

Paul Bonello isemmi ma' Talk.mt ukoll iż-żjara ta’ Papa Benedittu XVI u jgħid li “din kienet żjara kemmxejn differenti. L-ewwel stennija tal-Papa Benedittu mit-tluq...