Saturday, May 4, 2024

“Il-kuntistabbli baqa’ hemm sakemm ibni kkalma”

Omm tfaħħar Kuntistabbli li għen lil binha bl-awtiżmu

Aqra wkoll

Mara kellha kliem ta’ tifħir għal Kunstabbli tal-Pulizija li għen lit-tifel tagħha li jbati mill-kundizzjoni tal-awtiżmu biex jikkontrolla lilu nnifsu. 

Hija qalet li dan ġara s-Sibt li għadda, qrib l-għassa ta’ Birkirkara, bil-Kuntistabbli joħroġ jara x’ġara meta sema’ l-għajjat. Qalet li l-Kuntistabbli beda jitkellem ma’ binha u anke magħha sakemm is-sitwazzjoni kkalmat għalkollox. 

“Il-Kuntistabbli kien paċenzjuż u ta’ għajnuna kbira għalina. Nixtiequ nuru l-apprezzament ta’ dak li għamel magħna,” qalet l-omm f’kitba fuq Facebook. 

Sport