Miexi b’ritmu tajjeb ħafna x-xogħol fuq iċ-Ċentru ġdid tas-saħħa fis-Siġġiewi li se jkun qiegħed jiftaħ fi ftit tal-ġimgħat oħra fi Triq l-Imdina fis-Siġġiewi. Ħabbar dan is-Sindku tas-Siġġiewi Dominic Grech permezz ta’ kitba fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook.
Grech qal li dan se jkun ċentru ġdid tas-Saħħa li se joffri diversi servizzi mediċi lil familji u residenti Siġġiwin, b’mod speċjali għal anzjani li kien ikollhom jmorru f’lokalità oħra sabiex jieħdu jinqdew b’servizz mediku. “Fi ftit ġimgħat oħra se jkun moqdija b’servizz mediku mill-aqwa fis-Siġġiewi stess,” tenna Grech.