Wednesday, April 24, 2024

Pumpiera jsalvaw żiemel li nqabad f’gandott dejjaq tal-ilma

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Grazzi għal intervent f’waqtu minn pumpiera li ssejħu fuq il-post, żiemel li sab ruħu f’diffikultà rnexxielu jsalva minn ħalq il-mewt u ġarrab biss ġrieħi ħfief.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:15 a.m meta uffiċjali mill-istazzjonijiet tax-Xemxija u tal-USAR kienu msejħa biex jassistu żiemel li kien spiċċa maqbud żaqqu ‘l fuq f’gandott tal-ilma wiesa’ biss 60 ċentimetru wara li rnexxielu jgħaddi mill-ilqugħ li kellu. 

Bosta faħħru lill-pumpiera ta’ dan il-ġest sabiħ li jikkonferma kemm il-ħidma tagħhom tmur lil hinn minn sejħiet ta’ nirien.

Sport