Saturday, April 27, 2024

Raġel mixli bi qtil involontarju ta’ żewġt irġiel f’inċident jintbagħat sena ħabs fuq każ separat

Aqra wkoll

Raġel mixli bi qtil involontarju ta’ żewġt irġiel mill-Pakistan wara inċident tat-traffiku fil-Mosta, intbagħat il-ħabs fuq każ ieħor wara li nstab ħati li kien qed isuq mingħajr liċenzja. 

F’sentenza li ngħatat it-Tnejn filgħodu, il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace kkundannat lil Karl Vella Petroni ta’ 42 sena mill-Manikata għal sena priġunerija filwaqt li skwalifikatu milli jsuq għal sena.

Dan il-każ imur lura għas-6 ta’ Marzu 2019 fi Triq Louis Wettinger, il-Mellieħa. Vella Petroni kien mixli wkoll li saq vettura meta ma kienx f’kundizzjoni li jsuq, li għamel ħsara f’roundabout u li sar riċediv fost oħrajn.

Madankollu, il-Qorti nnotat li fit-test tal-breathalizer ma kienx ċar in-numru tal-vettura li kienet qed tinstaq filwaqt li ma jirriżultax id-data ta’ meta seħħew id-danni u lanqas seta’ jikkonferma din l-istess data xhud mill-Environmental Landscapes Consortium Ltd.

Kien għalhekk li nstab ħati biss tar-raba’ imputazzjoni, hekk kif irriżulta li l-vettura ma kinitx liċenzjata fil-mument tal-inċident. Il-Qorti għalhekk ikkundannatu sena ħabs effettiva u skwalifikatu mil-liċenzji kollha tiegħu tas-sewqan għal żmien sena, liema perjodu għandu jibda wara li jkun skonta l-piena karċerarja. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Charlotte Curmi.

Sport