Friday, July 24, 2026
Home Sport Cesare Casadei segwit minn tliet klabbs

Cesare Casadei segwit minn tliet klabbs

0
356

Jidher li l-plejer ta’ nofs il-grawnd Taljan Cesare Casadei ma jinsabx fil-pjani ta’ Chelsea għall-istaġun li ġej. L-aħjar plejer tat-tazza tad-dinja ta’ taħt l-20 sena jrid isib klabb fejn jilgħab futbol regolari. 

Sadanittant Leicester City esprimew ix-xewqa li jakkwistaw lil dan il-plejer. Madankollu hemm ukoll żewġ timijiet oħra li qed iħabbtu l-bieb għalih u dawn huma Lazio u Genoa. Dawn tal-aħħar jidhru favoriti anke għax taħt il-kowċ Alberto Gilardino għandu ċ-ċans jilgħab fl-ewwel ħdax.