Thursday, April 18, 2024

Charles De Ketelaere jingħaqad ma’ AC Milan

Aqra wkoll

Wara ġimgħat ta’ negozjati Milan ħabbru li ffirmaw lill-midfielder internazzjonali Belġjan, Charles De Ketelaere, mingħand il-club Belġjan, FC Bruges.

Dan il-player ta’ 21 sena iffirma kuntratt ta’ erba’ snin u se jilbes il-flokk numru 90 … l-istess wieħed li kien jilbes fil-kampjonat Belġjan.

Fl-ogħla diviżjoni Belġjana huwa lagħab 120 partita u skorja 25 goals. Huwa rebaħ tliet darbiet il-kampjonat u darbtejn is-Super Cup.

Ekonomija

Sport