Saturday, October 24, 2026
Home Sport Charles Leclerc l-aktar veloċi fil-provi liberi tal-GP tal-Istati Uniti

Charles Leclerc l-aktar veloċi fil-provi liberi tal-GP tal-Istati Uniti

0
55

Charles Leclerc tal-Ferrari kiseb l-aħjar ħin fiż-żewġ sessjonijiet tal-provi liberi tal-Ġimgħa għall-Grand Prix tal-Istati Uniti, b’vantaġġ ta’ 0.042 sekonda fuq it-Taljan Kimi Antonelli tal-Mercedes. Max Verstappen tar-Red Bull spiċċa t-tielet, iżda wera ritmu impressjonanti fit-tul, li jista’ jagħmlu wieħed mill-favoriti għall-pole position u  saħansitra għar-rebħa.

Lewis Hamilton temm ir-raba’, quddiem George Russell, filwaqt li Lando Norris kien is-seba’ l-aktar veloċi quddiem  Oscar Piastri.

Antonelli għadu matematikament jista’ jiddeċiedi l-kampjonat f’Austin, iżda jeħtieġ jirbaħ it-tiġrija u li Russell u Hamilton jispiċċaw barra minn ċerti pożizzjonijiet.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here