Saturday, October 24, 2026
Home Sport UEFA Development T’ment U15: Malta tegħleb lill-Azerbaijan b’penalty fil-ħin miżjud

UEFA Development T’ment U15: Malta tegħleb lill-Azerbaijan b’penalty fil-ħin miżjud

0
56

MALTA……………… 1

AZERBAIJAN………0

F’partita valida mill-UEFA Development Tournament ta’ Taħt il-15-il sena,  li ntlagħbet fis-Centenary Stadium, Malta kisbet rebħa drammatika ta’ 1-0 fuq l-Azerbaijan grazzi għal penalty fit-92 minuta ta’ Maxim Gromov.

Malta bdiet b’mod aggressiv, u wara erba’ minuti, Alexander Abela għamel ġirja veloċi fuq ix-xellug qabel ma għadda l-ballun lura lejn Edward Schembri iżda x-xutt tiegħu ġie mblukkat.

Żewġ minuti wara, il-Maltin reġġgħu, b’Zac Baldacchino Orland jipprova xortih mid-distanza, iżda t-tentattiv tiegħu mar barra.

Ir-ritmu tal-logħba naqas hekk kif kompliet l-ewwel taqsima, bl-ebda naħa ma toħloq xi opportunitajiet kbar ta’ skor, u l-pussess tal-ballun inbidel ta’ spiss f’nofs il-ground għal parti kbira mill-ewwel 45 minuta. B’riżultat ta’ dan, l-iskor sal-mistrieħ baqa’ 0-0.

Fid-59 minuta, Abela wettaq azzjoni eċċellenti biex jevita intervent avversarju, qabel ma għadda l-ballun lejn Schembri, li falla l-mira.

Fis-86 minuta free-kick maħdum tajjeb wassal biex Alex Zammit jitfa’ cross lejn Nedved Bonello iżda x-xutt ta’ dan ħabat mal-lasta.

Żewġ minuta fuq il-ħin Malta ngħatat penalty li sar fuq Noah Muscat u mill-11-il metru Maxim Gromov ma żbaljax.

L-aħħar logħba se ssir nhar it-Tnejn b’Malta tiffaċċja lil-Latvja fis-Centenary Stadium fl-10.00 am.

Malta: 12 Ryan James Zammit, 14 Zac Baldacchino Orland (2 Javier James, 62), 16 Matthew Hyzler (3 Alex Zammit, 62), 4 Elias Abdilla, Capt, 15 Jaan Caruana, 6 Zackary Diagne, 19 Jean Zammit (7 Shaylon Lanzon, 62), 17 Craig Taylor (8 Nedved Bonello, 76), 9 Maxim Gromov, 18 Edward Schembri (20 Jmii Zammit, 83), 13 Alexander Abela (11 Noah Muscat, 62) – Coach: Silvio Vella

Azerbaijan: 12 Siraj Guluzade (GK), 14 Zeyd Chodarov (C), 15 Sanan Zeynalli, 16 Kanan Safiyev (3 Amal Shikhkarimzada, 46’), 4 Ravan Rustamov (2 Rasim Aliyev, 62’), 6 Muhammad Humbatzada (10 Aykhan Rustamli, 62’), 13 Huseyn Novruzlu (8 Kamil Badirkhanli, 76’), 20 Zafar Ibrahim (7 Nihat Baylarli, 46’), 19 Javid Allahverdi (11 Jabrayil Akbarov, 55’), 18 Onur Amirzade (5 Aykhan Aliyev, 76’), 17 Imran Seyidbalyev (9 Yusif Aghayev, 55’) – Coach: Aleksandr Gross

Referee: Kieron Haber.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here