Chelsea huma interessati li jiffirmaw lid-difensur ta’ Everton, Lucas Digne.
Thomas Tuchel kellu l-għażliet tiegħu fuq ix-xellug imnaqqsa riċentement minħabba l-injury ta’ Ben Chilwell, li mistenni li jirritorna fl-azzjoni fl-2022.
Dan iħallilu biss lil Marcus Alonso bħala l-uniku player disponibbli f’dik il-pożizzjoni, li wassal biex Saul Niguez jiġi utilizzat f’din il-pożizzjoni matul l-aħħar partita tagħhom miċ-Champions League.
Digne issa huwa fil-mira taċ-champions Ewropej attwali, bil-club ibbażat f’Londra jħares lejh bħala possibbiltà li jakkwistah f’Jannar.
L-iffirmar tal-Franċiż ikun qed jipprovdi soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni hekk kif iġib ħafna esperjenza wara t-tliet snin tiegħu fil-Premier League ma’ Everton.
Il-player ta’ 28 sena deher 13-il darba għat-Toffees dan l-istaġun, bħala regolari fi ħdan il-club matul il-żmien tiegħu f’Merseyside.