Friday, April 19, 2024

Liverpool viċin li jġeddu l-kuntratt ta’ Mohamed Salah

Aqra wkoll

Teżisti kunfidenza dejjem tikber fil-kamp ta’ Liverpool li l-club ikun jista’ jaqbel ma’ ftehim ġdid għal Mohamed Salah.

L-Eġizzjan jinsab taħt kuntratt mar-Reds sas-sajf tal-2023, u għalhekk Liverpool huma ħerqana li jġeddu l-kuntratt tiegħu.

It-twemmin fi ħdan il-club huwa li ftehim ġdid se jkun immaterjalizzat dalwaqt, fejn huwa qed jitlob salarju ta’ £500,000 fil-ġimgħa biex huwa jibqa’ mal-club mill-Premier League.

Ġie nnutat li n-negozjati kienu diffiċli bejniethom u li huma fi stadju delikat bħalissa, bir-Reds li ma jridux iħallsu daqs kemm irid.

Salah skorja 20 goals diġà dan l-istaġun, wara li beda 21 partita fil-Premier League u fiċ-Champions League, fejn provda wkoll disa’ assists.

Sport