Monday, July 13, 2026
Home Sport Ralf Rangnick mhux se jipprova jikkonvinċi lil Paul Pogba biex jibqa’ ma’...

Ralf Rangnick mhux se jipprova jikkonvinċi lil Paul Pogba biex jibqa’ ma’ Manchester United

0
777

Il-manager temporanju ta’ Manchester United Ralf Rangnick insista li hu mhux se jipprova jikkonvinċi lil Paul Pogba biex jibqa’ fil-club wara t-tmiem tal-kuntratt kurrenti tiegħu.

Il-futur tat-player ta’ 28 sena mar-Red Devils huwa wieħed inċert, bil-ftehim tiegħu jiskadi fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.

L-aġent ta’ Pogba, Mino Raiola kkonferma li diġà kien hemm “ħafna offerti” għall-klijent tiegħu, u se jkunu jistgħu jibdew taħdidiet ma’ clubs barranin bħala free agent mill-1 ta’ Jannar li ġej.

Il-player internazzjonai Franċiż bħalissa jinsab barra mil-logħob minħabba injury u Rangnick issuġġerixxa li hu ser jiddiskuti l-futur tiegħu ladarba jirritorna, imma jemmen li m’hemm l-ebda post f’Old Trafford għall-players li ma jridux ikunu hemm.

“Jekk player ma jridx jilgħab għal club bħal Manchester United, anke fit-tul, jien ma naħsibx li jagħmel sens li tikkonvinċih biex jibdel moħħu,” Rangnick qal lill-ġurnalisti.

“Dan huwa club enormi, b’appoġġ meraviljuż; ma naħsibx li xi ħadd fil-klabb għandu jipprova jikkonvinċi lill-player biex jibqa’.”