Wednesday, July 24, 2024

Chelsea jsegwu lil Jonathan David

Aqra wkoll

Il-kowċ il-ġdid ta’ Chelse,a Enzo Maresca, informa lid-diriġenti tiegħu sabiex jakkwistawlu l-firma ta’ Jonathan David mingħand Lille. Il-plejer Belġjan spikka ferm fl-istaġun li għadda fil-Ligue 1 Franċiża b’mod partikolari fl-attakk. Mat-tim Franċiż hu lagħab 146 partita sa mis-sena 2020 fejn skorja 71 gowl.

David għad għandu kuntratt ta’ sena ma’ Lille iżda għandu rieda qawwija biex imur jilgħab f’Londra. Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ Gent fil-Belġju.

Ekonomija

Sport