Wednesday, October 9, 2024

Chelsea wara Cole Palmer

Aqra wkoll

Chelsea qed iħarsu lejn it-talent ta’ Manchester City Cole Palmer. Dan tal-aħħar kien protagonista fl-Akkademja tal-klabb champion tal-Ingilterra u bħalissa qed jingħata ftit minuti mill-kowċ Pep Guardiola. Hu skorja gowl kontra Arsenal fil-Community Shield u fis-Super Cup Ewropea kontra Seville.

Il-kowċ ta’ Chelsea Mauricio Pochettino qed jaħseb sabiex jgħid lid-diriġenti tiegħu sabiex fl-aħħar sigħat tas-suq tat-trasferimenti jmorru għalih.

Cole Palmer għandu 21 sena u diġa’ kellu 25 dehra ma’ The Citizens.

Sport